Malti

Malti1

Il-Malti huwa l-ilsien Nazzjonali u li bih nesprimu ruħna, nagħtu l-fehmiet tagħna u nisimgħu lil xulxin. Il-Malti huwa wkoll għodda tajba li biha nikkomunikaw permezz tal-kitba.

L-għan li wieħed jistudja l-Malti huwa biex jitrawwem aktar fil-ħiliet kollha meħtieġa tal-lingwa:   it-taħdit, il-qari, il-kitba, l-udit u s-smigħ, u dan isir fil-kuntest tal-ħajja ta’ kuljum, bl-aktar modi effiċjenti, prattiċi u reali.

Il-Malti huwa lsien li jifforma parti mill-identità Maltija, imma huwa wkoll rikonoxxut bħala wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan jgħinna u jagħmlilna kuraġġ inkomplu naħdmu bla heda biex filwaqt li nitgħallmu dak li qed jiġġedded f’ilsienna matul iż-żmien, nibqgħu niskopruh u nħaddmuh tajjeb f’kull qafas tas-Soċjetà li nkunu fiha.

Lezzjonijiet tal-Malti